Aqbeż għall-kontenut

Stqarrija għall-Istampa ST/02/2021

Fid-dawl tal-aħbarijiet li dehru fil-midja lokali, id-Djoċesi ta’ Għawdex turi solidarjetà ma’ dawk kollha li qegħdin ibatu.

Filwaqt li tistenna li l-Qorti tieħu l-kors tagħha biex tinstab il-verità, il-Knisja ttenni r-rieda u l-impenn sħiħ tagħha biex ħadd ma jkun vittma ta’ abbużi sesswali, fiżiċi jew morali.

Hija tħeġġeġ lil dawk li ġarrbu xi abbuż biex jirrappurtaw lill-pulizija u biex, jekk l-abbuż sar minn persuni marbuta mal-Knisja, jikkuntattjaw ukoll lill-Kummissjoni tas-Safeguarding taż-żewġ djoċesijiet fuq [email protected]. Fir-rispett lejn il-verità, il-Knisja tfakkar li ħadd ma jitqies ħati qabel ma jkun hemm sentenza definittiva tal-Qorti.

***

EN

In the light of the local media reports, the Gozo Diocese wishes to express its solidarity with all who are suffering.

While respecting the course of law to establish the truth at the law courts, the Church reiterates its firm intention and total commitment to ensure that no one falls victim to sexual, moral or phyiscal abuse.

The Church strongly appeals to all who have experienced sexual abuse to file a report with the police. If the abuser is in any way related to the Church establishment, the victim should contact the interdiocesan Safeguarding Commission against sexual abuse on [email protected]. In full respect for the truth, the Church reminds that no one is considered guilty until the definite judgment of the Courts is pronounced.

st-02-2021-mt.pdf pdf · 204.76 KB Niżżel

Aqsam fuq