Aqbeż għall-kontenut

Is-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù (Subien)

Is-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù joffri ambjent edukattiv li jfittex il-formazzjoni sħiħa tal-persuna, b’attenzjoni partikulari għall-iżvilupp uman, akkademiku, spiritwali u Nisrani tal-istudenti. Flimkien mal-edukazzjoni skolastika, l-istudenti jiġu megħjuna jikbru fil-fidi, fil-ħajja tat-talb, fir-relazzjoni tagħhom ma’ Kristu u fil-qadi tal-oħrajn.

Bħala Seminarju Minuri, l-iskola għandha wkoll dimensjoni vokazzjonali, billi toffri ambjent li fih dawk li jħossu sejħa għas-saċerdozju jistgħu jkollhom spazju biex jiddixxernuha u jakkumpanjawha. Fl-istess waqt, l-istudenti kollha jiġu mħeġġa jagħrfu u jgħixu l-vokazzjoni personali tagħhom bħala Nsara.

Is-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù
Kap tal-Iskola
Dun Charles Sultana
Triq Enrico Mizzi, il-Belt Victoria VCT 2042
t. 2155 3770
e. [email protected]
w. www.gozoseminary.com