Aqbeż għall-kontenut

Skejjel Sekondarji

Id-Djoċesi ta’ Għawdex tmexxi żewġ skejjel sekondarji li joffru edukazzjoni integrali li tgħaqqad il-formazzjoni akkademika, umana u spiritwali tal-istudenti: is-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù (għall-istudenti subien) u l-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (għall-istudenti bniet)

Iż-żewġ skejjel huma parti mill-missjoni edukattiva tal-Knisja f’Għawdex u jfittxu li joħolqu ambjent fejn l-istudenti jkunu jistgħu jikbru bħala persuni maturi, responsabbli u miftuħa għall-oħrajn, filwaqt li jagħrfu l-preżenza ta’ Alla f’ħajjithom u s-sejħa tagħhom biex jagħtu kontribut pożittiv lill-Knisja u lis-soċjetà.