Kunsens

Dan is-sit juża servizzi ta’ terzi li jeħtieġu l-kunsens tiegħek. Sir af aktar

Aqbeż għall-kontenut

It-Tnejn 2 u t-Tlieta 3 ta’ Novembru, l-impjegati kemm lajċi u saċerdoti tal-Kurja…

Sors: Facebook

It-Tnejn 2 u t-Tlieta 3 ta’ Novembru, l-impjegati kemm lajċi u saċerdoti tal-Kurja tal-Isqof iltaqgħu għal jumejn ta’ seminar ta’ formazzjoni, kif isir kull sena, biex ikomplu jsaħħu l-ambjent tax-xogħol, il-ħidma flimkien, u s-servizzi li tagħti l-Kurja.

Wara l-proċess ta’ tiġdid li diġà beda fis-snin ta’ qabel, din is-sena tqassam manwal lil kull impjegat bil-‘job descriptions’ marbuta mad-diversi uffiċċji. Barra minn hekk, bl-għajnuna tal-Prof. Joe Azzopardi, ġie propost qafas ta’ programm biex kull min jaħdem fil-Kurja jkun segwit aħjar anki fejn jidħol il-benessri personali.

Fi tmiem is-seminar, saret spjega tal-websajt il-ġdida tad-Djoċesi, u l-Isqof ħa l-opportunità biex jirringrazzja lill-impjegati kollha tal-Kurja tal-ħidma tagħhom, li f’dan il-każ hi aktar minn sempliċi impjieg imma hi wkoll servizz mill-qalb lill-parroċċi u l-komunitajiet, tant li fakkarhom li minnhom jiddependi l-operat tal-Knisja f’Għawdex.

Attwalment, il-Kurja tal-Isqof għandha madwar 40 impjegat tagħha, bejn saċerdoti u lajċi, minbarra oħrajn li jaħdmu fil-parroċċi jew entitajiet oħra tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Aqsam fuq