Aqbeż għall-kontenut

Il-Kummissjoni tas-Safeguarding

Il-Kummissjoni tas-Safeguarding tad-Djoċesi ta’ Għawdex ġiet imwaqqfa fl-2022 biex taħdem mill-qrib mal-Kummissjoni tas-Safeguarding ta’ Malta. Fl-2024, flimkien mal-Kummissjoni tas-Safeguarding ta’ Malta, mal-Konferenza Episkopali Maltija u mal-Kunsill tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi, il-Kummissjoni tas-Safeguarding tad-Djoċesi ta’ Għawdex adottat Safeguarding Policy li tiddefenixxi l-ħidma tagħha.

Il-Kummissjoni tas-Safeguarding hija impenjata li tippromovi kultura ta’ ħarsien u ambjent sigur fil-Knisja, fejn id-dinjità, il-ġid u s-sigurtà tat-tfal u tal-adulti vulnerabbli jkunu dejjem prijorità. Dan l-impenn għandu l-għeruq tiegħu fil-ġustizzja naturali u fil-missjoni ta’ Kristu, li fil-Vanġelu wera mħabba, rispett u attenzjoni speċjali lejn it-tfal u lejn dawk l-aktar dgħajfa.

Kull forma ta’ trattament ħażin, abbuż jew sfruttament ta’ minuri u ta’ persuni vulnerabbli tmur kontra d-dinjità tal-persuna umana u hija inkompatibbli mal-missjoni, it-tagħlim u l-liġijiet tal-Knisja. Għalhekk, il-Knisja f’Malta u Għawdex tħabrek biex tibni ambjenti fejn kulħadd ikun jista’ jħossu milqugħ, rispettat u protett.

Permezz tal-ħidma tagħha, il-Kummissjoni tgħin biex il-Knisja f’Għawdex tkun komunità li tħares b’mod konkret il-vulnerabbli, tippromovi l-ġustizzja u l-verità, u tibqa’ fidila lejn il-missjoni tagħha ta’ mħabba u servizz lejn kull persuna.

Il-Funzjonijiet tal-Kummissjoni tas-Safeguarding

Il-Kummissjoni tas-Safeguarding hija entità mwaqqfa mill-Konferenza Episkopali Maltija u mill-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri Reliġjużi, u hija responsabbli b’mod ġenerali li tippromovi ambjenti siguri fil-Knisja.

Il-funzjonijiet tal-Kummissjoni tas-Safeguarding huma li:

  • Tagħti pariri lill-Ordinarji dwar kwistjonijiet ta’ safeguarding.

  • Tiżviluppa u tirrevedi l-policies u l-proċeduri relatati mas-safeguarding.

  • Tikkollabora mal-mexxejja tal-entitajiet tal-Knisja fi kwistjonijiet ta’ safeguarding.

  • Toffri taħriġ fil-prevenzjoni b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet edukattivi.

  • Tagħmel riċerka dwar is-safeguarding b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet ta’ riċerka.

  • Tirrakkomanda pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju.

  • Tikkordina verifiki fl-entitajiet tal-Knisja biex jiġu żgurati l-istandards tas-safeguarding.

  • Tissorvelja u tappoġġja lid-Designated Safeguarding Officers.

  • Tagħmel valutazzjonijiet tar-riskju u/jew investigazzjonijiet preliminari fuq talba ta’ Ordinarju.

  • Tirrevedi rapporti ta’ investigazzjonijiet preliminari u/jew ta’ valutazzjonijiet tar-riskju fuq talba ta’ Ordinarju.

  • Tieħu ħsieb u tirrappreżenta lill-ilmentaturi, lill-vittmi u lill-vittmi sekondarji.

  • Tikkollabora mal-Ordinarji fil-kura tal-ġid ta’ dawk li jkunu s-suġġett ta’ lment.

  • Tikkollabora mal-Pulizija, mad-Direttorat għall-Protezzjoni tat-Tfal u ma’ aġenziji statutorji oħra.

  • Iżżomm ir-relazzjonijiet mal-pubbliku u mal-midja fi kwistjonijiet ta’ safeguarding.

L-Organigramma tal-Kummissjoni

L-organigramma tal-Kummissjoni tas-Safeguarding

Rapporti Annwali

Agħfas fuq ir-rabtiet hawn taħt biex tniżżel ir-rapporti annwali tal-Kummissjoni:

Il-Policy tas-Safeguarding

Aqra l-Safeguarding Policy adottata mill-Knisja f’Malta u Għawdex.

L-Uffiċċju tas-Safeguarding
Head of Safeguarding
Miriam Portelli
Safeguarding Officer – Investigation and Assessment Team
Francine Farrugia Magrin
Safeguarding Officer – Investigation and Assessment Team
Dr Theresien Mizzi
Advisory Board
Clinical Psychologist and Chair
Dr Michael Galea
Ex-Head of School and Deputy Chair
Pauline Grech
Consultant Paediatrician and Member
Dr Simon Mifsud
Teacher and Member
Marie Claude Xerri
Consultant Psychiatrist and Member
Dr Chantelle Azzopardi
Legal Advisor
Dr Stanley Joe Portelli