Aqbeż għall-kontenut

Il-Fontana

Il-Fontana, lokalment magħrufa bħala t-Triq tal-Għajn, ħadet isimha minn għajn ħajja fin-naħa ta’ isfel tat-triq li tieħu għax-Xlendi, magħrufa bħala l-Għajn il-Kbira. L-isem tar-raħal hu l-kelma Taljana għal għajn.

Subborg tar-Rabat, il-Fontana tinsab fit-triq li mill-Belt Victoria tieħdok għax-Xlendi. In-nies bdew jgħixu f’dawn l-inħawi minħabba din l-għajn ta’ ilma ġieri. Fis-seklu 16, inbniet tisqifa bil-ħnejjiet fuq l-għajn għall-użu aħjar mill-pubbliku.

Ħafna mis-sajjieda li kienu jaħdmu fix-Xlendi kienu mill-Fontana. Tard fis-seklu 19, bdew iwarrbu parti mid-dħul tal-qabdiet tas-sajd tagħhom biex jibnu knisja. L-ewwel ġebla tal-knisja tqiegħdet fid-29 ta’ Jannar 1892 u ġiet iddedikata lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù fl-1905. Id-dedikazzjoni tal-knisja saret 13-il sena wara, fid-29 ta’ Jannar 1905. Il-knisja saret parroċċa fis-27 ta’ Marzu 1911, fi żmien l-Isqof Giovanni Maria Camilleri. Barra t-titular, in-nies tal-Fontana għandhom ukoll imħabba partikulari lejn l-Appostlu Sant’Indrija, Patrun tas-sajjieda.

Dettalji ta’ kuntatt
Kappillan
Il-Kan. Simon Mario Cachia
196, Triq tal-Għajn, il-Fontana FNT 9026
t. 2155 6097
e. [email protected]
w. qalbtagesu.com
fb. facebook.com/SacredHeartFontanaGozo
Titular
Il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù
Data tad-Dedikazzjoni
29 ta’ Jannar 1905
Radju
Radju Sacro Cuor (RSC) – 105.2MHz FM