Aqbeż għall-kontenut

L-Għasri

L-iżgħar raħal f’Għawdex, l-Għasri aktarx hu isem ġej mill-Għarbi. Jintlaħaq billi tikser għal-lemin hekk kif tħalli r-Rabat u taqbad it-triq lejn l-Għarb, dritt wara l-akwedott, u hu ddominat mill-fanal fuq l-għolja Ta’ Ġurdan. Il-Fanal ta’ Ġurdan, għoli 180 metru fuq il-livell tal-baħar, ġie inawgurat fl-1853. Ir-raġġ tiegħu jasal sa 50km bogħod. Minn fuqu tista’ tgawdi wħud mill-isbaħ veduti tal-gżira. Mill-pjazza tar-raħal hemm triq li twasslek għal Wied il-Għasri. Mat-triq, hemm għadd ta’ djar tipiċi tal-kampanja, kif ukoll Bażilika antika ddedikata lill-Patroċinju tal-Verġni Mbierka.

Il-Knisja Parrokkjali, fuq disinn ta’ Dun Ġużepp Diacono, inbniet fis-seklu 20. L-ewwel ġebla tqiegħdet fis-6 ta’ Settembru 1903, u ġiet iddedikata lil Kristu Ewkaristiku Salvatur fid-9 ta’ Jannar 1916. L-Isqof Giovanni Maria Camilleri għamilha parroċċa fis-16 ta’ Diċembru 1921.

Dettalji ta’ kuntatt
Kappillan
Il-Kan. Edward Vella
2, Pjazza s-Salvatur, l-Għasri GSR 1011
t. 2703 3256
e. [email protected]
w. www.ghasriparish.org
fb. facebook.com/ghasriparish
Titular
Kristu Ewkaristiku Salvatur
Data tad-Dedikazzjoni
9 ta’ Jannar 1916