Aqbeż għall-kontenut

Il-Munxar

Il-Munxar kien l-aħħar lokalità f’Għawdex li saret parroċċa u, b’konsegwenza ta’ dan, akkwistat l-istatus ta’ raħal. Ismu huwa kelma Maltija li tfisser serrieq, b’rabta mal-promontorju li jinfirex minn wara r-raħal u li jidher qisu jaqsam il-pajsaġġ fi tnejn.

Il-Munxar jinsab fin-naħa l-aktar fin-nofsinhar tar-Rabat. Lil hinn mill-Knisja Parrokkjali, triq twassal lejn Ras il-Bajjada u mbagħad lejn ix-Xlendi. Din iż-żona toffri veduti mill-isbaħ tal-baħar miftuħ u hija ideali għal mixjiet fil-kampanja u għall-mistrieħ.

Il-Knisja Parrokkjali tal-Munxar inbniet bejn l-1914 u l-1925. L-ewwel ġebla tagħha tqiegħdet fit-2 ta’ Frar 1914, u ġiet iddedikata fit-18 ta’ Ottubru 1925. Il-Munxar twaqqaf parroċċa fit-12 ta’ Diċembru 1957 mill-Isqof Ġużeppi Pace.

Dettalji ta’ kuntatt
Kappillan
Il-Kan. Anthony Refalo (Rapa)
Triq it-12 ta’ Diċembru 1957, il-Munxar MXR 1453
t. 2155 3764
e. [email protected]
fb. facebook.com/parroccamunxar
Titular
San Pawl Nawfragu
Data tad-Dedikazzjoni
18 ta’ Ottubru 1925