Aqbeż għall-kontenut

Ta’ Sannat

Ta’ Sannat jinsab fin-naħa ta’ isfel tal-gżira u ismu x’aktarx ġej minn dak ta’ familja ta’ oriġini Għarbija-Griega li marret toqgħod Għawdex minn Sqallija.

F’Ta’ Ċenċ, fil-limiti Ta’ Sannat, jinsab it-Tempju tal-Imramma, tempju Preistoriku bikri, magħmul minn spazju ċentrali ovali mdawwar b’serje ta’ kmamar, fil-biċċa l-kbira tagħhom ta’ għamla ovali, fuq in-naħa tat-Tramuntana. Fost il-fdalijiet arkeoloġiċi l-oħra ta’ interess hemm tliet dolmens, magħmula minn blata tal-franka mqiegħda orizzontalment u mirfuda fuq tliet naħat minn blokok tal-ġebel weqfin.

Ta’ Sannat kien wieħed mill-ewwel lokalitajiet f’Għawdex li sar parroċċa. Il-Parroċċa twaqqfet mill-Isqof Davide Cocco-Palmeri fit-28 ta’ April 1688. Il-bini tal-Knisja Parrokkjali preżenti, iddedikata lil Santa Margerita Verġni u Martri, beda fl-1718 fuq il-post ta’ knisja iżgħar, iżda fis-snin sittin tas-seklu 19 għaddiet minn diversi tibdiliet strutturali. Il-knisja ġiet iddedikata fis-16 ta’ Ottubru 1755 u, wara dawn it-tibdiliet estensivi, reġgħet ġiet iddedikata fit-22 ta’ Novembru 1868. Hija ngħatat it-titlu ta’ Arċipretali fis-27 ta’ Diċembru 1893. Il-knisja fiha wkoll kwadru titulari mill-isbaħ, xogħol il-pittur magħruf Malti Stefano Erardi.

Dettalji ta’ kuntatt
Arċipriet
Dun Michael Curmi
Triq ta’ Ċenċ, Ta’ Sannat SNT 9040
t. 2155 1435
e. [email protected]
fb. facebook.com/ParroccaSantaMargeritaSannat
Titular
Santa Margerita Verġni u Martri
Data tad-Dedikazzjoni
19 ta’ Ottubru 1755
Radju
Radju Margerita – 96.1MHz FM