Aqbeż għall-kontenut

L-Għarb

L-Għarb, il-kelma Maltija għal ‘punent’, hu l-aktar raħal imbiegħed lejn il-punent ta’ Għawdex.

L-Għarb huwa post ta’ ġmiel naturali intent, speċjalment fl-inħawi madwar il-Kappella ta’ San Dimitri, isqof martri ta’ fama leġġendarja. L-istorja tgħid li, wara li mara xwejħa talbet lill-qaddis biex isalvalha lill-iben waħdieni tagħha mill-jasar, San Dimitri ħalla l-kwadru tiegħu fuq l-altar u fuq iż-żiemel tiegħu ttajjar biex ma damx ma ġabilha lura lil binha Mattew. Ir-raħal għandu waħda mill-iktar knejjes arkitettonikament sbieħ u perfetti f’Għawdex. Hi ddisinjata fuq dik ta’ Sant’Agnese in Agone, ta’ Franceso Borrmini, f’Ruma. Hi ddedikata liż-Żjara ta’ Marija lil Eliżabetta. Hemm tinqix sabiħ fuq barra u fuq ġewwa.

Il-parroċċa twaqqfet fi żmien l-Isqof Mikiel Molina nhar id-29 ta’ Awwissu 1679, it-tieni waħda f’Għawdex (wara x-Xewkija) ’il barra mill-belt tar-Rabat. L-ewwel sede tagħha kienet il-Kappella taż-Żjara lil Santa Eliżabetta magħrufa bħala Taż-Żejt, u li għadha wieqfa sal-lum. Kienet saret żgħira wisq u l-parruċċani qatgħuha li jibnu knisja ġdida. L-ewwel ġebla tqiegħdet fl-1699 u l-parroċċa ġiet ittrasferita għal knisja ġdida lejn l-1729. Ġiet iddedikata fit-28 ta’ Settembru 1755. Nhar id-19 ta’ Mejju 1774, twaqqfet fl-Għarb it-tieni Kolleġġjata ta’ Għawdex, u l-knisja parrokkjali saret ukoll Arċipretali.

Dettalji ta’ kuntatt
Arċipriet
Mons. Trevor Sultana
1, Triq tat-Trux, l-Għarb GRB 1320
t. 2155 6129
e. [email protected]
fb. facebook.com/gharbparish
Titular
Iż-Żjara tal-Verġni Mqaddsa lil Eliżabetta
Data tad-Dedikazzjoni
28 ta’ Settembru 1755
Radju
Radju Viżitazzjoni – 92.4MHz FM
Mużew
Ecclesia Mater, Pjazza Żjara tal-Madonna, l-Għarb